Thursday, January 30, 2025

Żewġ rebbieħa għal Malta fil-Grand Prix ta’ Caen tat-table football

Aqra wkoll

Il-Grand Prix ta’ Caen tat-table football kien organizzat fi’ tmiem il-ġimgħa li għaddiet fejn Malta kellha żewġ rebbieħa.

Charles Aquilina rebaħ il-kategorija tal-Veterani għat-tieni unur staġjonali tiegħu. Fil-finali, Aquilina għeleb lil Daniel Schenn 3-0.

Fl-istess kategorija, John Zammit wasal sal-kwartifinali iżda kien megħlub mill eventwalment finalist Daniel Scheen 1-0 wara l-ħin barrani.

Fil-karegorija Open, George Ebejer wasal sal-aħħar 16 fejn kien megħlub minn Theo Modeste.

Intant, suċċess ieħor għal Bormla Subbuteo Club li iddominaw u rebħu il-kategorija tat-timijiet. Bormla għelbu lil FTC Issy ta’ Franza 3-1 fil-finali sabiex kisbu it-tieni trofew fi’ żmien xahrejn. ST Stembert ta’ John Zammit waslu sas-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni.

Il-vjaġġar tal-atleti Maltin ikompli jkun possibbli grazzi għall-għajnuna ta’ SportMalta u l-Kumitat Olimpiku Malti.

Sport