Vincenzo Senzaro ta’ 24 sena u Marco Coniglio ta’ 52 sena, it-tnejn b’ċittadinanza Taljana, ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest wara li wieħbu ħatja li serqu vann.
Quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużati għandhom il-vizzju tad-droga u nqabdu jisirqu fil-fatt. Wieħed mill-akkużi tella’ l-Qorti fuq siġġu tar-roti.
Il-Prosekuzzjoni qalet li fit-28 ta’ Marzu li għadda l-Pulizija kienu rċivew telefonata fejn raġel kien irraporta li kien insteraqlu l-vann. B’mod immedjat kienet bdiet tfittxija għal dan il-vann mit-taqsima tar-Rapid Intervention Unit u l-istess vann kien instab fi Triq tal-Barrani f’Ħal Tarxiex. Dak il-ħin stess ġew arrestati l-imputati.
Wara li ammettew ħtija, Senzaro residenti Wied il-Għajn ġie kkundannat sentenza ta’ priġunerija, filwaqt li Coniglio li fil-Qorti qal li m’għandux residenza u impjieg fissi ġie kkundannat sitt xhur priġunerija.
It-tnejn li huma ingħataw ordni ta’ trattament għal sentejn, b’rabta mal-vizzju tad-droga.