Sunday, November 10, 2024

Żewġ uffiċjali Maltin se jikkontrollaw logħbiet tal-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt id-19-il sena

Aqra wkoll

Meta rritornaw il-logħbiet internazzjonali madwar l-Ewropa, magħhom irritornaw ukoll il-ħatriet tar-referee internazzjonali.

Il-Malta FA, b’sodisfazzjon ħabbret li żewġ uffiċjali logħba ġew maħtura biex ikunu parti mill-pool waqt ir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-mini-tournament tal-Kampjonat Ewropew 2023 ta’ Taħt id-19-il sena  li se jintlagħab fil-Polonja.

Ir-referee Matthew Degabriele, flimkien mal-assistent referee, Luke Portelli, se jmorru f’dan il-pajjiż tal-lvant għal din il-kompetizzjoni.  

It-timijiet nazzjonali li qed jipparteċipaw f’dan il-Grupp 5 ta’ Taħt id-19-il sena, huma l-ospitanti l-Polonja, l-Italja, Bosnja Herzegovina u l-Estonja.

Il-logħbiet kollha f’din il-kompetizzjoni li jibdew nhar l-Erbgħa li ġej sat-Tlieta tal-ġimgħa d-dieħla, huma skedati li jintlagħbu fi Stadion Miejski w Gdyni, fil-belt ta’ Gdynia.

Sport