Fi Spanja għadu għaddej l-eku tal-logħba bejn Espanyol u Real Madrid mirbuħ minn tal-ewwel bl-iskor ta’ 1-0 b’gowl ta’ Carlos Romero.
L-għaqda tar-referees qed jaħsbuha li jissospendu għal xahar lill-uffiċjali Alejandro Muniz Ruiz u l-assistent għall-VAR Iglesias Villanueva wara li skont ħafna kien hemm żball kbir bil-mod ta’ kif ġie skorjat il-gowl tal-Katalani.
Ħafna qed jgħidu li din il-miżura se ssir mhux tant minħabba dixxiplina iżda biex tnaqqas it-tensjoni li ħolqot din il-partita partikolarment mal-Madrileni li kienu ferm irrabbjati bil-mod ta’ kif din il-partita ġiet ikkontrollata u l-pressjoni li qed issir.