Tuesday, February 11, 2025

Żewġt iġriewi abbandunat f’kaxxa f’San Lawrenz

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu, Animal Welfare ta’ Għawdex għamlet appell lill-pubbliku wara li nstabu żewġt iġriewi li kienu abbandunati f’kaxxa f’San Lawrenz.

Jidher li persuna jew persuni poġġew dawn il-klieb f’kaxxa u ħallewhom fit-triq. Li kieku ma nstabux u ngħataw lill-Animal Welfare ta’ Għawdex, fil-kesħa li qed tagħmel kienu jmutu.

Għalhekk l-Animal Welfare ta’ Għawdex qiegħda tappella lill-pubbliku biex kull min għandu informazzjoni dwar min seta’ ħalla dawn il-klieb abbandunati jagħmel kuntatt mal-awtoritajiet b’mod immedjat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport