Friday, September 13, 2024

Żewġt irġiel arrestati b’rabta ma’ traffikar tad-droga

Aqra wkoll

Minn investigazzjoni illi saret b’rabta ma’ traffikar ta’ droga, ġew arrestati żewġt irġiel minn residenza fl-Imsida.

Wara osservazzjoni fuq residenza li allegatament kienet qiegħda tintuża biex minnha tinbigħ d-droga, il-Pulizija rnexxielha tidħol minkejja li l-bieb ta’ barra kien imbarrat minn ġewwa bi struttura tal-ħadid.

Fl-appartament kien hemm ż-żewt irġiel, kif ukoll tliet nisa. Minn tfittxija li saret instabu numru ta’ qratas b’sustanza suspettata droga kokaina u eroina lesti biex jinbiegħu flimkien ma’ oġġetti oħra relatati mat-traffikar.

F’aktar tfittxijiet, il-pulizija sabet borża b’madwar 50 gramma sustanza suspettata droga kokaina flimkien ma’ flus kontanti.

Il-persuni qegħdin jinżammu arrestati fil-lock-up tal-Pulizija l-Furjana u mistennija jitressqu l-Qorti llum, għall-ħabta tal-11:00 a.m.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport