Wednesday, April 24, 2024

Żewġt irġiel arrestati fuq sejba ta’ droga f’Paceville

Aqra wkoll

Żewġt irġiel barranin ġew arrestati wara li nstabu fil-pussess tad-droga f’Paceville.

Wieħed mill-irġiel, Bulgaru ta’ 36 sena, instab fil-pussess ta’ sustanza suspettata droga kokaina u ħaxixa tal-kannabis. Ir-raġel l-ieħor, ta’ 24 sena mill-Mali, instab fil-pussess ta’ diversi pakketti b’sustanza suspettata droga kokaina f’ċirkostanzi li juru li d-droga ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.

Ir-raġel mill-Mali mistenni li jitressaq b’arrest il-Qorti għada, fejn se jkun akkużat bil-pussess aggravat tad-droga kokaina.

Sport