Wednesday, April 24, 2024

Żewġt irġiel jaqgħu żewġ metri… Wieħed mill-irġiel iweġġa’ gravi

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tad-9:30 a.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien  hemm bżonn l-assistenza ġo knisja fi Triq San Pawl, ir-Rabat.  

Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li żewġt irġiel – wieħed ta’ 61 sena residenti Ħad Dingli u l-ieħor ta’ 57 sena residenti r-Rabat – kienu qegħdin jagħmlu xogħol t’armar meta għal xi raġuni waqgħu żewġ metri minn fuq scaffolding.  

L-irġiel ingħataw l-ewwel għajnuna minn tim mediku u r-raġel ta’ 57 sena ttieħed l-Isptar  Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.  

Ir-raġel ta’ 61 sena ttieħed għall-kura f’Ċentru tas-Saħħa.  

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.  

Sport