Monday, July 13, 2026
Home Internazzjonali Żewġt itfal imutu wara li ommhom insiethom fil-karozza fi Franza

Żewġt itfal imutu wara li ommhom insiethom fil-karozza fi Franza

0
11

Omm “insiet” liż-żewġ ulieda fil-karozza fi sħana tremenda bil-konsegwenza li tilfu ħajjithom.

Il-każ seħħ f’Carpentras fi Franza.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li l-omm marret b’uliedha ta’ sentejn u erba’ snin, tixtri minn supermarket. X’ħin waslet lura d-dar, qabdet ix-xirja mill-karozza daħlet id-dar u lill-uliedha ħallithom fil-karozza.

Kienu xi persuni għaddejjin mill-inħawi li ndunaw li fil-karozza kien hemm żewġt itfal maqfulin fiha u mill-ewwel sejħu lis-servizz tal-emerġenza.

L-omm li għandha 33 sena qalet lill-pulizija li hija żgur ma nsitx lill-uliedha fil-karozza, iżda kienu huma li reġgħu daħlu fil-karozza u ma setgħux joħorġu weħidhom filwaqt li hija kienet qiegħda tagħmel xi affarijiet.

Ritratt: Ir-residenza li quddiemha nstabu t-tfal fil-karozza

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here