Sunday, December 22, 2024

“Żgur li ma stajniex naslu mingħajr il-kontribut ta’ ħafna persuni li ma jidhrux”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Issa li giet emendata l-liġi dwar l-istrutturi fil-pjazza biex jinħaraq ix-xogħol tan-nar, nistgħu ingawdu l-ispettaklu tal-lum b’moħħna mistrieħ”. Iddikjara dan ma’ talk.mt Norbert Inguanez – Il-President taż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini li jorganizzaw lispettaklu tal-karti li ta’ kull sena jiġbed attendenza numeruża.

Fil-liġi qatt ma kien hemm permess li jistgħu jinħarqu xogħlijiet tan-nar minn fuq strutturi fil-pjazza bħalma huma scaffoldings, scissor lifts etċ. Minkejja dan, fis-snin l-imgħoddija xorta waħda bdew jinħargu permessi liema permessi kienet inġibdet l-attenzjoni dwarhom. Fl-aħħar xhur, din il-liġi bdiet tiġi infurzata u d-dilettanti tal-festi bdew isibu bibien magħluqa u spiċċaw b’ħafna mill-permessi rifjutati. 

Għaldaqstant, grazzi għal ħidma mill-Għaqda Nazzjonali tal-Piroteknika din ressqet proposta quddiem il-Parlament sabiex tkun emendata l-istess liġi, liema emenda ġiet approvata unanimament. B’din il-bidla fil-liġi, kull organizzatur ta’ dan it-tip ta’ spettaklu jista jkun iżjed moħħu mistrieħ għaliex kollox qed isir skond il-liġi, waqt li d-dilettanti jistgħu jkomplu dawn l-ispettakli.

Inguanez spjegalna dwar dak li se nkunu qed nistennew għall-ħabta ta’ nofsinhar jibda sa minn wara l-aħħar festa stess. Jitnaddfu l-kanen, jaraw li ma tkunx saret fl-istruttura u minn hemm tibda l-ħidma biex jitqassam ix-xogħol għas-sena ta’ wara.

Kollox jibda minn budget miftiehem minn qabel, tintgħażel il-korjografija, permessi, ċertifikazzjonijiet tal-inġiniera minħabba raġunijiet ta’ sigurtà u ħafna affarijiet oħra li forsi mhux kulħadd japrezza li mingħajrhom l-ispettaklu ma jkunx jista’ jsir.

Minn xahar u nofs qabel il-festa kollox jibda jingħaqad, jibdew jimtlew il-karti, xogħol ta’ wiring u tibda l-loġistika tal-armar biex finalment kollox ikun jista’ jintrama fil-post u jkun jista’ jingħad li kollox bil-lest.

Bħala karti sinkronizzati mal-mużika, din is-sena hemm imħejjija mal-1,200 kanna, fuq 200 kanna msielet u beraq li jinkludu wkoll xi daħna kkulurita u kollox jagħlaq b’kaxxa ta’ mat-300 bomba oħra.

Kellimna wkoll dwar l-ispejjeż u li mingħajr l-isponsors li isimhom se jkun imniżżel mal-istruttura żgur li dan l-ispettaklu ma jkunx jista’ jitgawda mill-pubbliku. Minbarra l-isponsors Inguanez qalilna li hemm ħafna voluntiera oħrajn li jgħinu b’diversi xogħlijiet oħra li jiffrankaw ħafna spejjeż oħra.

Ekonomija

Sport