Monday, July 27, 2026
Home Internazzjonali Żieda qawwija fil-prezzijiet tal-fuels fl-Italja fejn qed iqarrbu t-€3 kull litru

Żieda qawwija fil-prezzijiet tal-fuels fl-Italja fejn qed iqarrbu t-€3 kull litru

0
13

Fl-aħħar jiem reġa’ kien hemm żieda qawwija fil-prezzijiet tal-fuels fl-Italja li minħabba dan qiegħed ikun hemm tħassib kbir fuq il-poplu u n-negozjanti.

Fil-fatt il-prezzijiet tal-fjuels qed iqarrbu t-€3 kull litru kemm għall-petrol kif ukoll għad-diesel.

Fil-belt ta’ Milan ġew irreġistrati prezzijiet għall-petrol u d-diesel ta’ €2.60 u €2.70 kull litru rispettivament.

Kien fl-aħħar meta dawn il-prezzijiet komplew jogħlew kważa tal-kwistjonijiet internazzjonali li qegħdin iħallu effetti kbar fuq il-prezzijiet tal-enerġija.

Fit-3 ta’ Lulju li għadda l-Prim Ministru Giorgia Meloni rtirat t-tnaqqis tad-dazju fuq diversi prodotti varji biex tnaqqas l-impatt fuq iċ-ċittadini minħabba l-konflitt bejn l-Iran u l-Istati Uniti.

Fost il-poplu Taljan hemm rabja kbira hekk kif il-Gvern mhux qiegħed jieħu miżuri drastiċi biex il-prezzijiet tal-fuels jibqgħu stabbli u dan qiegħed iħalli impatt serju ħafna fuq ħafna familji li mhux qegħdin ilaħħqu mal-ogħli tal-ħajja.

Bħalissa fl-Italja qiegħed ikun hemm sħana tremenda wkoll u għalhekk iċ-ċittadini qegħdin ikollhom jużaw aktar enerġija biex ikessħu d-djar tagħhom u kawża ta’ dan qegħdin jirċievu kontijiet ferm aktar ogħla. 

Ekonomisti qegħdin ibassru li din is-sena biss, in-nefqa mill-poplu Taljan fuq il-prezzijiet ta’ enerġija mistennija tlaħħaq l-€10.8 biljun li jfisser żieda ta’ kważi €2 biljun meta mqabbel mas-sena li għaddiet.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here