Monday, July 27, 2026
Home Internazzjonali Il-President Franċiż isejjaħ laqgħa ta’ kriżi għax nirien kbar qed jersqu lejn...

Il-President Franċiż isejjaħ laqgħa ta’ kriżi għax nirien kbar qed jersqu lejn Bordeaux

0
1

Il-President Franċiż Emmanuel Macron sejjaħ laqgħa ta’ kriżi tal-Kabinett tiegħu minħabba n-nirien kbar li qegħdin jaħkmu l-forsti u li dejjem qegħdin jersqu aktar lejn il-belt ta’ Bordeaux.

Minħabba l-mewġa ta’ sħana li bħal donna ma trid tintemm qatt, il-ħidma tal-ħaddiema tat-tifi tan-nar qiegħda tkun dejjem aktar diffiċli.

Bħalissa in-nirien bħalissa jinsabu madwar 15-il kilometru ‘l bogħod minn Bordeaux.

Is-Sindku tal-belt, Thomas Cazenave, qal li għalissa m’hemm l-ebda pjan biex tiġi evakwata l-popolazzjoni ta’ madwar 850,000 persuna.

Fi tmiem il-ġimgħa l-President Macron wiegħed li dak kollu li nqered min-nirien se jerġa’ jinbeda mill-ġdid filwaqt li ħeġġeġ liċ-ċittadini biex ma jinjorawx it-twissijiet li joħorġu l-awtoritajiet.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here