Hassane Soutra, il-Marokkin ta’ 53 sena residenti Marsalforn, reġa’ ġie arrestat war ali allegatament instab barra mir-residenza tiegħu fil-ħin li suppost kellu jkun id-dar skont il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti.
Il-Marokkin, jinsab mixli li f’Diċembru li għadda meta kien taħt l-influwenza tal-alkoħol saq bi traskuraġni u hekk kif wasal quddiem il-Maxtura fi Triq ta’ Marsalforn allegatamet tajjar ħames persuni fosthom raġel ta’ 22 sena li għamel żmien fil-periklu tal-mewt.
Dakinhar li kien tressaq il-Qorti, il-Prosekuzzjoni kienet qalet li l-livell tal-alkoħol tiegħu kien ta’ 105 milligrammi, kważi ħames darbiet il-limitu ta’ 22 milligramma stabbilit mil-liġi. Soutra qiegħed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih.
Sorsi li tkellmu magħna qalulna li Soutra ntlemaħ fil-festa Ta’ Sannat li ġie iċċelebrata lbieraħ. Kien hawn li ll-Ispettur Keith Xerri avviċinah fejn informah li kien taħt arrest minħabba li kien qiegħed jikser waħda mill-kundizzjonijiet imposti fuqu biex ingħata l-ħelsien mill-arrest.
Hu mistenni li jitressaq il-Qorti għada filgħodu.
