Sunday, December 29, 2024

Żieda ta’ kważi 30% fil-passiġġieri li qasmu l-fliegu fi żmien l-Għid

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

In-numru ta’ passiġġiera li qasmu minn u lejn Għawdex matul il-vaganzi tal-Għid kien ta’ 29.7% aktar meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Statistika li għandu f’idejh dan il-ġurnal turi li bejn l-Erbgħa 5 u l-Ħadd 9 ta’ April saru total ta’ 496 vjaġġ bil-vapuri tal-Gozo Channel li bejniethom ġarru b’kollox 28,032 vettura.

It-total ta’ passiġġieri f’dan il-perjodu kienu jammontaw għal 89,176, li jfisser 20,400 passiġġier aktar minn dak irreġistrat fil-perjodu tal-Għid tas-sena 2022. Fl-istess waqt, l-istatistika turi li qasmu 20.8% aktar vetturi mentri l-ammont ta’ vjaġġi kienu bejn wieħed u ieħor fl-istess livell tal-2022.

L-aktar jum bieżel fil-Port taċ-Ċirkewwa kien il-Ħamis li għadda, fejn kien hemm 11,271 passiġġier li qasmu lejn Għawdex u li ħadu l-okkażjoni biex iqattgħu dan iż-żmien fil-gżira tat-tliet għoljiet. Dan l-ammont huwa riflessjoni ta’ kemm Għawdex għadu destinazzjoni popolari mal-Maltin iżda wkoll mat-turisti li jiġu jżuruna.

Ekonomija

Sport