Tuesday, May 14, 2024

Organizzati sensiela ta’ festivals għall-bniet

Aqra wkoll

Id-Dipartiment tal-Futbol tan-Nisa fi ħdan il-Malta FA u l-Fondazzjoni Inħobb il-Futbol ospitaw sensiela ta’ festivals għall-bniet skont il-missjoni tal-Assoċjazzjoni li żżid l-opportunitajiet għall-bniet biex jilagħbu l-futbol b’mod regolari filwaqt li tkompli tippromwovi l-logħba fil-livell tal-grasroots.

Il-festivals, għal tfajliet taħt l-14 u taħt il-11-il sena, saru matul l-istaġun kollu fil-Ground tal-Iskola Sant Agata. Aktar minn 130 tifla pparteċipaw fil-festivals ta’ taħt l-14-il sena filwaqt li t-total ta’ parteċipanti fil-festivals ta’ taħt il-11-il sena huwa ta’ madwar 70.

Il-klabbs li ġejjin ħadu sehem fil-festivals, li jsiru nhar ta’ Sibt kull 14-il jum bejn Ottubru u April:

Taħt l-14-il sena: Hibernians FC (tliet timijiet); San Gwann FC; Sliema-Gudja; Swieqi United; Raiders Liya; Mġarr United; Birkirkara F.C.

Taħt il-11-il sena: Hibernians FC; Melita FC (2 timijiet); San Gwann; Sliema Wanderers; Mgarr United; Birkirkara F.C.

Il-festival serva wkoll bħala opportunità kbira biex jippromwovi avveniment prestiġjuż tal-futbol li qed isir fil-gżejjer Maltin f’Lulju li ġej – il-Kampjonat tal-UEFA ta’ taħt id-19-il sena 2023 li tnieda aktar kmieni din il-ġimgħa.

FUTSAL FESTIVAL

L-attenzjoni issa taqleb għall-futsal hekk kif it-timijiet li dehru fil-Festivals tal-Futbol tal-Bniet ta’ taħt l-14 u l-11-il sena ġew mistiedna jilagħbu fi tliet festivals tal-futsal fil-Kulleġġ San Alwiġi. Id-dati tal-festivals tal-futsal huma 22 ta’ April, 29 ta’ April u 6 ta’ Mejju. Għal aktar informazzjoni dwar dawn il-festivals u l-proġetti kollha tal-futbol tan-nisa, wieħed jista’ jibgħat email fuq [email protected]

Sport