Sunday, May 19, 2024

Zlatan Ibrahomovic lura għat-taħriġ ma’ Milan

Aqra wkoll

Aħbarijiet pożittivi għall-kowċ ta’ AC Milan Stefano Pioli hekk kif sar magħruf li l-attakkant veteran Svediż, Zlatan Ibrahimovic, reġa’ beda jitħarreġ wara uġigħ li ħass fl-għaksa. Hu weġġa’ waqt li kien fis-sessjoni ta’ taħriġ tat-tim nazzjonali Żvediż u ilu barra 28 ġurnata. 

Jidher li Pioli jista’ jsejjaħlu għal-logħba li Milan għandhom fi tmiem din il-ġimgħa kontra Lecce.

Ibrahimovic għandu 41 sena u lagħab 64 partita kemm ilu li rritorna mar-Rossoneri fl-2020 filwaqt li skorja 34 gowl.

Sport