Wednesday, July 22, 2026
Home Sport Żurrieq Boċċi Club jagħtu l-ewwel telfa lil Għaxaq

Żurrieq Boċċi Club jagħtu l-ewwel telfa lil Għaxaq

0
9

Żurrieq Boċċi Club taw l-ewwel telfa lil-leaders tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni Għaxaq Boċċi Club hekk kif rebħulhom 21-19. Dawn tal-aħħar kienu ġejjin minn 11-il rebħa konsekuttiva iżda lbieraħ sabu liż-Żrieraq determinati li jiksbu dak li riedu hekk kif kienu preċiżi u ġabu punteġġi ferm tajbin li xprunawhom għar-rebħa finali.

Msida u St Peter’s Żabbar approfittaw u resqu żewġ punti biss ‘il bogħod mill-Għaxqin fil-klassifika wara rebħiet li kisbu.

Il-Misidjani rebħu 21-3 kontra Żebbuġ filwaqt li ż-Żabbarin għelbu lil Lija 21-0.

F’aktar riżultati, Qormi San Bastjan iddominaw il-logħba kontra Buġibba tant li rebħu 21-1 filwaqt li San Ġwann kienu aħjar minn Santa Venera u rebħu 21-10.

KLASSIFIKA – KAMPJONAT TAL-BOĊĊI – L-EWWEL DIVIŻJONI

Għaxaq 12, Msida, St Peter’s Żabbar 10, Żejtun 9, Żurrieq, Lija 6, Birkirkara, San Ġwann, Santa Venera 5, Qormi San Bastjan 4, Buġibba 3, Żebbuġ 2.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here