Il-midfielder ta’ Valletta FC, ???? ?????????, rebaħ l-unur tal-LifeStar Insurance MVP għal Marzu.
Huwa pproduċa prestazzjonijiet eċċellenti matul ix-xahar, fejn kellu rwol ewlieni fir-rebħa ta’ 3-1 ta’ Valletta kontra Tarxien Rainbows u fid-draw kruċjali ta’ 1-1 kontra Marsaxlokk.
Riżultat li saħħaħ sew iċ-ċansijiet ta’ Valletta li jiksbu kwalifikazzjoni Ewropea l-istaġun li ġej, permezz tal-mekkaniżmu tal-istandings accumulator.
It-trofew tal-MVP ġie ppreżentat lil ???? ????????? nhar l-Erbgħa, qabel il-logħba kontra Naxxar Lions, mill-uffiċjal ta’ LifeStar Insurance Jonathan Camilleri.
Prosit lill-midfielder ta’ Valletta FC ???? ????????? għar-rebħ ta’ dan il-premju.




