𝗝𝗮𝗸𝗲 𝗔𝘇𝘇𝗼𝗽𝗮𝗿𝗱𝗶 jirbaħ l-unur tal-LifeStar Insurance MVP għal Marzu

0
26

Il-midfielder ta’ Valletta FC, 𝗝𝗮𝗸𝗲 𝗔𝘇𝘇𝗼𝗽𝗮𝗿𝗱𝗶, rebaħ l-unur tal-LifeStar Insurance MVP għal Marzu.

Huwa pproduċa prestazzjonijiet eċċellenti matul ix-xahar, fejn kellu rwol ewlieni fir-rebħa ta’ 3-1 ta’ Valletta kontra Tarxien Rainbows u fid-draw kruċjali ta’ 1-1 kontra Marsaxlokk.

Riżultat li saħħaħ sew iċ-ċansijiet ta’ Valletta li jiksbu kwalifikazzjoni Ewropea l-istaġun li ġej, permezz tal-mekkaniżmu tal-istandings accumulator.

It-trofew tal-MVP ġie ppreżentat lil 𝗝𝗮𝗸𝗲 𝗔𝘇𝘇𝗼𝗽𝗮𝗿𝗱𝗶 nhar l-Erbgħa, qabel il-logħba kontra Naxxar Lions, mill-uffiċjal ta’ LifeStar Insurance Jonathan Camilleri.

Prosit lill-midfielder ta’ Valletta FC 𝗝𝗮𝗸𝗲 𝗔𝘇𝘇𝗼𝗽𝗮𝗿𝗱𝗶 għar-rebħ ta’ dan il-premju.