Saturday, May 4, 2024

100 persuna jirriżultaw pożittivi għall-Covid-19 wara avveniment tal-kantanta Taylor Swift

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Aktar minn 100 persuna li attendew għal attività ta’ Taylor Swift spiċċaw morda wara li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Iċ-ċelebrazzjoni tal-album “Red” qiegħda tkun ikkonsidrata bħala għodda ta’ imxija tal-virus u dawk kollha li attendew, avolja għadhom ma rriżultawx pożittivi, ġew mitluba jmorru kwarantina.

Swift ma attenditx personalment għal din l-attività imma l-ammiraturi tagħha nġabru biex jiċċelebraw il-ħruġ mill-ġdid tal-album oriġinali tagħha li kien ħareġ fl-2012. Il-virus jidher li nfirex malajr fost is-600 persuna li kienu preżenti.

“Kull min attenda ‘On Repeat: Taylor Swift Red Party’ fit-teatru Metro ta’ Syndey fl-10 ta’ Diċembru huwa kuntatt mill-viċin u għandu immedjatament jagħmel test u jiżola ruħu għal sebat ijiem”. Din hija t-twissija maħruġa mis-saħħa pubblika ta’ New South Wales wara li mill-inqas 97 każijiet ġodda ta’ Covid-19 irriżultaw mill-party. Barra minnhekk, jingħad li jista’ jkun li xi wħud minn dawn il-każijiet huma tal-varjant Omicron.

Sport