Thursday, March 28, 2024

12-il persuna se jgħaddu ġuri b’rabta mas-serqa fuq Kim Kardashian West ġewwa Pariġi

Aqra wkoll

Tnax-il persuna se jkunu qegħdin jitressqu qud­diem il-qorti ġewwa Pariġi b’rabta mas-serqa ta’ iktar minn $10 miljun f’ġojjellerija proprjetà ta’ Kim Kardashian West. Dan il-każ kien seħħ fl-2016. Kim Kardashian kienet qalet li l-ħallelin ippuntaw arma tan-nar lejha u rabtuha fil-kamra tal-banju wara li daħlu bil-forza fl-appartament li kienet kriet ġewwa Pariġi. 

Wara ħames snin ta’ investigazzjoni, kien ordnat li dan il-każ jibda jinstema’ quddiem il-qorti bi 12-il persuna jiffaċċjaw numru ta’ akkużi b’rabta ma’ din is-serqa. S’issa għadha ma ġiet imħabbra l-ebda data meta se jibda jinstema’ l-
ġuri. 

L-allegat moħħ wara din is-serqa hu Aomar Ait Khedache u dan kien bagħat ittra ta’ apoloġija mill-ħabs lil Kardashian West fejn qalilha li hu jiddispjaċih tal-azzjonijiet tiegħu u llum jirrealizza l-ħsara psikoloġija seta’ kkawżalha. 

Ekonomija

Sport