Friday, May 17, 2024

13-il student mejta wara li nirien ħakmu dormitorju fiċ-Ċina

Aqra wkoll

Tlettax-il student, ta’ bejn id-disa’ u l-10 snin, mietu wara li żviluppa nar f’dormitorju ta’ skola fiċ-Ċina. Irrapportat dan l-aġenzija tal-aħbarijiet tal-istat Xinhua.

In-nirien seħħew tard il-Ġimgħa filgħaxija fl-Iskola Yingcai fir-raħal ta’ Yanshanpu, fil-provinċja ta’ Henan. B’rabta ma’ dan l-inċident, il-kap tal-iskola nżamm arrestat filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Persuna oħra qiegħda tingħata l-kura l-isptar u tinsab f’kundizzjoni stabbli. Għalliem fl-iskola qal li l-vittmi kollha kienu mill-istess klassi tat-tielet grad. 

Madwar 30 student kienu fid-dormitorju meta żviluppa n-nar u l-istudenti l-oħra kienu evakwati b’mod sigur. In-nar ġie kkontrollat fi ftit inqas minn siegħa. 

Ritratti fuq il-midja tal-istat kienu juru xi twieqi tal-bini tad-dormitorji mkissra, u ż-żona madwar l-iskola magħluqa, b’uffiċjali tal-pulizija jgħassu fuq il-post.

Sport