Wednesday, July 24, 2024

14-il sena ħabs wara li ammetta li qatel omm Inġliża fl-Awstralja

Aqra wkoll

Żagħżugħ li qatlet b’daqqa ta’ sikkina lil omm Brittanika wara li daħal f’darha fl-Awstralja ġie ikkundannat 14-il sena ħabs.

Emma Lovell ta’ 41 sena kienet ġiet maqtula hekk kif kienet qiegħda tissilet ma’ żewġ ħallelin li daħlu f’darha fis-26 ta’ Diċembru tal-2022. F’dan il-każ kemm it-tifla tagħha u anke żewġha Lee kienu spiċċaw midrubin.

L-akkużat li ismu ma jistax jixxandar minħabba li meta wettaq dan il-qtil kellu biss 17-il sena, wieġeb ħat tal-akkużi aktar kmieni din is-sena. Hi ammeta wkoll li kien wettaq 3 serqiet oħrajn minn postijiet differenti.

L-Imħallef Tom Sullivan qal li l-akkużat li llum għandu 19-il sena wettaq atta barabru kontra l-familja Lovell filwaqt li ddeskrivihom bħala “familja ta’ mħabba kbira li pprovaw jibnu ħajja ġdida f’pajjiż ieħor.”

“Kienu ċittadini normali jgawdu l-familja flimkien fid-dar tagħhom fejn ħasbu li dan hu post sigur. Li ġara imbgħad juri kollox bil-kontra,” qal l-Imħallef Sullivan.

Ekonomija

Sport