Saturday, December 21, 2024

15-il ekwipaġġ minn Sqallija se jżuru Malta bil-karozzi klassiċi tagħhom biex jipparteċipaw fil-Malta Tour 2024

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Bejn l-Erbgħa 11 u l-Ħadd 15 ta’ Settembru, 15-il ekwipaġġ minn Sqallija se jżuru Malta bil-karozzi klassiċi tagħhom biex jipparteċipaw fil-Malta Tour 2024. Il-produtturi lokali tal-Program televiżiv motorsmt, l-Automotoclub del Minotauro di Taormina u l-Veteran Car Club Ibleo ta’ Ragusa qed jorganizzaw dan l-avveniment.

L-ekwipaġġi għandhom iżuru l-Bażilika ta’ Kristu Re f’Raħal Ġdid, l-Imdina, is-Santwarju Nazzjonali tal-Madonna tal-Mellieħa u l-Mużew tiegħu, il-fabbrika tal-Ħġieġ tal-Imdina Glass fil-Villaġġ tas-Snajja Ta Qali, dawra fil-kampanja u mal-kosta miċ-Ċirkewwa saż-Żurrieq, il-binja ta l’Old Motors Club fil-Mosta u l-Forti Sant Iermu fost postijiet oħra. Ikliet ser isiru fil-Baħrija, il-Mellieħa, il-Mosta, u l-Belt Valletta.

Xi sidien ta’ karozzi klassiċi Maltin se jingħaqdu mal-avveniment kollu jew għal ċerti partijiet.

Ekonomija

Sport