175,000 litru ta’ ilma ntużaw biex jintfew nirien f’ħanut taż-żebgħa fil-Gżira 

Aqra wkoll

L-Erbgħa waranofsinhar, membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu impenjati f’ħidma biex jikkontrollaw nirien li ħakmu ħanut taż-żebgħa fil-Gżira. Din l-operazzjoni kompliet anke matul il-lejl u ġiet fi tmiemha lbieraħ filgħodu. 

Xejn inqas minn 55 pumpier ħadu sehem f’din l-operazzjoni li fiha ntużaw xejn inqas minn 175,000 litru ta’ ilma. Fuq il-post intbagħtu xejn inqas minn 15-il vettura tat-tifi tan-nar u ntużaw ukoll mal-10,000 litru ta’ foam.

L-operazzjoni, li damet għaddejja xejn inqas minn 18-il siegħa, kienet meqjusa bħala waħda delikata minħabba l-varjetà ta’ materjal li kienu maħżuna fil-binja. B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. 

L-uffiċjali tal-Pulizija flimkien ma’ tim mediku mid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei kienu wkoll fuq il-post. 

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport