Saturday, May 18, 2024

1,824 persuna jitlaqqmu bla appuntament miż-Żejtun

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Sa minn kmieni filgħodu għadd kbir ta’ persuni rħewlha għaż-Żejtun biex jitlaqqmu kontra l-Covid-19 fil-mobile clinic fil-limiti tal-pjazza fejn il-Knisja.

Ritratti ta’ dan is-sit jixhdu kif reġa’ kien hemm konkorrenza għat-tilqim fl-irħula hekk kif mit-Tnejn li għadda beda t-tilqim mingħajr appuntament u anki klinika li ddur minn post għall-ieħor qed tmur fil-lokalitajiet madwar il-pajjiż.

B’kollox kienu 1,824 l-ammont ta’ persuni li llum ħadu l-ewwel doża tat-tilqima mill-mobile clinic taż-Żejtun. Dan filwaqt li t-Tnejn li għadda kważi 2,500 ruħ tlaqqmu kontra l-Covid-19 mill-mobile clinic li kien hemm fil-Mosta. 

Il-Ġimgħa dan is-servizz se jkun qed jiġi offrut f’San Ġiljan.

Pajjiżna għandu l-ogħla rata ta’ tilqim kontra l-Coronavirus fosthom anki fost etajiet żgħar. S’issa f’pajjiżna hawn 85 fil-mija tal-popolazzjoni adulta li ħadet minn tal-anqas l-ewwel tilqima u 82 fil-mija li huma mlaqqma b’mod sħiħ.

Sport