Ilbieraħ, għall-ħabta tad-9.15pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq l-Imġarr, l-Imġarr.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 30 sena mill-Pakistan residenti San Ġwann tilef il-kontroll tal-mutur Znen li kien qed isuq u nqaleb.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lix-xufier għall-kura l-Isptar Mater Dei.
Aktar tard, huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku fl-Imġarr
