Friday, July 17, 2026
Home Sport Il-Qorti Spanjola tibqa’ għaddejja bl-investigazzjoni tal-każ ‘Negreira’

Il-Qorti Spanjola tibqa’ għaddejja bl-investigazzjoni tal-każ ‘Negreira’

0
289

Il-prosekuturi Spanjoli qed ikomplu bl-investigazzjoni tagħhom dwar Enriquez Negreira, eks viċi-president tal-Kumitat Tekniku tar-Referees (CTA). Wieħed mill-oqsma li qed jiġu esplorati hija l-allegata relazzjoni ta’ Negreira ma’ Barcelona, bil-kwistjoni hija magħrufa b’mod infami bħala El Caso Negreira.

Waqt il-proċeduri fil-qorti, l-avukat ta’ Negreira stqarr li l-anzjan ta’ 78 sena jbati minn ‘indeboliment konjittiv’ li jxekkel biex jiffaċċja proċess kriminali. Bħala tali, l-awtoritajiet Spanjoli se jissottomettuh għal eżamijiet mediċi biex jiddeterminaw jekk dan huwiex minnu jew le.