Thursday, December 26, 2024

Ordnata investigazzjoni interna għal nuqqasijiet amministrattivi fl-MFA

Aqra wkoll

Il-Malta Premier League tilqa’ l-fatt li l-President tal-MFA ordna investigazzjoni interna dwar in-nuqqasijiet amministrattivi li ġew ikkonfermati mill-Protests Board fil-każ tal-logħbiet Hibernians vs Hamrun Spartans u Mosta vs Sirens.

Il-MPL tistenna li t-Termini ta’ Rifernza ta’ din l-inkjesta jsiru magħrufa u li l-inkjesta ssir mingħajr dewmien. Dan filwaqt li jrid jiġi ċċarat jekk il-każijiet humiex se jiġu riferuti xorta lill-Bord tal-Etika.

Il-MPL tistenna li l-inkjesta ma ddumx ma tiġi konkluża, idealment mhux iktar tard mill-aħħar ta’ Frar, tkun ippublikata, tintrefa responsabiltá fejn jinstab il-każ, u jingħataw rimedji neċessarji biex ma jkunx affettwat l-eżitu tal-kampjonat.

Ekonomija

Sport