Wednesday, April 24, 2024

200 jum mill-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna … il-militar Ukren b’kisbiet impressjonanti

Aqra wkoll

Il-militar tal-Ukrajna għamel kisbiet impressjonanti fil-200 jum minn meta r-Russja invadiet il-pajjiż ġar tagħha. L-avvanzi Ukreni iżda kienu segwiti minn attakki ta’ ‘vendetta’ mill-forzi ta’ Putin fuq l-infrastruttura ċivili.

Il-President tal-Ukrajna, Volodomir Zelensky ikkundanna dawn attakki bil-missili fuq power stations u sejħilhom bħala atti ta’ terroriżmu.

Kaġun ta’ dawn l-attakki kien hemm qtugħ ta’ elettriku mifrux madwar l-Ukrajna. Bumbardament minnhom tant kien qawwi  li skont rapporti fil-midja, qabbad nar kbir f’power station fil-periferija tal-punent ta’ Kharkiv fejn mill-inqas inqatlet persuna waħda.

Dan ġara wara li t-truppi ta’ Moska ġew imkeċċija minn medda ta’ territorju Ukren fi tmiem il-ġimgħa, b’eluf jaħarbu minn bliet ewlenin.

Il-kap militari tal-Ukrajna, il-Ġeneral Valerii Zaluzhnyy, sostna li l-forzi tiegħu reġġgħu lura lit-truppi Russi u ħadu lura taħt idejhom madwar 1,160 mil kwadru minn meta bdiet il-kontro offensiva fil-bidu ta’ Settembru.

Qal li t-truppi Ukreni issa jinsabu biss 30 mil mill-fruntiera Russa.

Il-midja nternazzjonali waqt li kkwotat uffiċjal Ukren, qalet li l-attakki mir-Russja kienu ntenzjoinati li jagħmlu ħsara u jdgħajfu l-kapaċità tal-Ukrajna milli tkompli għaddejja.

Kharkiv, li hi t-tieni l-akbar belt fil-pajjiż kienet għal ħinijiet twal bla dawl, bil-karozzi jsuqu f’toroq mudlama u nies mexjin jużaw flashlights jew mowbajls biex jixegħlu triqithom.

Separatament, l-Impjant ta’ l-Enerġija Nukleari ta’ Zaporizhzhia fin-Nofsinhar okkupat mir-Russja ingħalaq kompletament fi sforz biex jipprevjeni diżastru tar-radjazzjoni hekk kif il-ġlied seħħ fil-qrib.

Fl-aħħar jiem, l-azzjoni ta’ Kyiv biex tieħu lura l-kontroll tar-reġjun ta’ Kharkiv wasslet biex it-truppi Russi jirtiraw biex jevitaw li jkunu mdawrin mit-truppi Ukreni.

Is-suldati Russi ingħad li ħallew warajhom għadd sinifikanti ta’ armi u munizzjon hekk kif il-gwerra mmarkat il-200 jum tagħha fil-11 ta’ Settembru.

Battaljun wieħed qassam filmat tal-forzi Ukrajni quddiem bini muniċipali f’Hoptivka, raħal ftit aktar minn mil mill-fruntiera u madwar 12-il mil fit-Tramuntana ta’ Kharkiv.

Il-Gvernatur ta’ Kharkiv Oleh Syniehubov qal li t-truppi Ukreni ħadu lura l-kontroll ta’ aktar minn 40 abitazzjoni fir-reġjun.

Fl-attakki bil-missili tal-Ħadd bil-lejl mir-Russja, ir-reġjuni ta’ Kharkiv u Donetsk dehru li l-iktar li ntlaqtu mill-qtugħ ta’ dawl elettriku. Is-Sindku ta’ Dnipropetrovsk, Zaporizhzhia Kharkiv Igor Terekhov sejjaħ il-qtugħ tad-dawl ‘vendetta mill-aggressur Russu għas-suċċessi tal-armata UKrena b’mod partikolari fir-reġjun ta’ Kharkiv’.

Uffiċjali Ukreni qalu li r-Russja laqtet lil Kharkiv TEC-5, it-tieni l-akbar impjant tas-sħana u l-enerġija tal-pajjiż.  Aktar tard filgħaxija, l-elettriku ġie restawrata f’xi reġjuni. L-ebda waqfien ma kien maħsub li kien relatat mal-għeluq tar-reatturi fl-impjant ta’ Zaporizhzhia.

Filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-attenzjoni ffokat fuq il-kontro-offensiva, l-operatur tal-enerġija nukleari tal-Ukrajna qal li l-impjant tal-enerġija nukleari ta ‘Zaporizhzhia, l-akbar fl-Ewropa, reġa’ ġie mqabbad mal-grid tal-elettriku tal-Ukrajna, li ppermetta lill-inġiniera jagħlqu l-aħħar reattur operattiv tagħha biex jipproteġuha mill-qilla tal-ġlied.

L-impjant, wieħed mill-akbar 10 impjanti tal-enerġija atomika fid-dinja, ilu okkupat mill-forzi Russi mill-bidu tal-gwerra. 

Sport