Sunday, May 5, 2024

22 sena mill-qtil ta’ Roger Debattista

Aqra wkoll

Il-Kummissrju Angelo Gafà sellem il-memorja tal-Kuntistabbli Roger Debattista (PC 949) fuq il-mafkar f’Ħal Qormi fil-preżenza tal-ġenituri tiegħu u ħuh.

Debattista kien inqatel kiesaħ u biered 22 sena ilu waqt hold-up fuq il-fergħa tal-BOV f’Ta’ Farsina f’Ħal Qormi.

Kien proprju fit-12 ta’ Novembru 2001 meta waqt li kien qiegħed jaqdi dmirijietu, erba’ persuni armati daħlu biex iwettqu hold-up u l-Kuntistabbli Debattista safa milqut minn tiri.

Dwar dan il-qtil tressqu fil-Qorti Andy Calleja minn Ħaż-Żabbar, Mario Borg minn Ħaż-Żebbuġ, Ian Galdes minn Ħal Qormi u Mark George Falzon mill-Ħamrun. 

Mill-provi li tressqu fil-Qorti rriżulta li Calleja kien dak li spara lill-Kuntistabbli Debattista u waqt li l-vittma kien ferut reġa’ sparalu u qatlu. Huwa kien ġie kundannat għal għomor il-ħabs.

Sport