Tuesday, June 2, 2026

222 atleta jikkompetu fil-Kampjonati Nazzjonali tal-Atletika taż-ŻgħażagħTmien timijiet se jissieltu għar-rebħ tal-ISFA 3-a-side tournament f’Buġibba

Aqra wkoll

Total sabiħ ta’ 222 atleta żagħżugħ u żagħżugħa nġabru fit-trakka tal-Marsa għall-Kampjonati Nazzjonali tal-Atletika taż-Żgħażagħ, f’ċelebrazzjoni ta’ sport u talent emerġenti. Għal darb’oħra, dawn il-Kampjonati kienu teatru ta’ bosta prestazzjonijiet b’saħħithom, fil-ġiri, fit-tfigħ u fil-qbiż.

Sophia Curmi ta’ Rush AC kisbet l-aqwa ħin nazzjonali fil-kategorija Under 16 fil-hammer throw b’tefa’ impressjonanti ta’ 55.44m. Mill-istess team, Thomas Neil Attard mar ferm viċin li jkollu kisba simili meta rreġistra ħin ta’ 14.70s fil-100m hurdles, ħin madankollu ineliġibbli għar-rekords minħabba riħ ħarira eċċessiv ta’ 2.1m/s. Għal Curmi, ir-rebħa fil-hammer kienet parti minn tripletta fit-tfigħ, hekk kif hija rebħet ukoll ix-shotput u d-discus.

Matul l-avveniment inkisru wkoll żewġ rekords tal-Kampjonati. Ella Borg Degiorgio kisbet dan fil-pole vault (U16) b’qabża ta’ 2.90m, filwaqt li Asia Psaila kellha dan is-suċċess fid-discus U14 b’tefa’ ta’ 25.74m.

Matteo Gauci (La Salle) temm il-Kampjonati b’kollezzjoni impressjonanti ta’ midalji, hekk kif rebaħ it-tlielaq kollha fuq id-distanzi ta’ 200m, 400m, 800m u 1500m, filwaqt li temm it-tielet fil-100m.

Proprju l-isprints kienu fost l-aktar avvenimenti kompettitivi u bl-akbar parteċipazzjoni. Fost it-tfajliet, taħt is-16-il sena, Nicole Balzan ta’ Rush AC rebħet il-100m f’12.71s u l-200m b’26.47s. Jamie Borg ta’ Pembroke rebaħ il-100m subien b’11.76s, u għaqqad doppjetta fil-long jump b’5.77m. Minn dan l-istess klabb, Miah Ani rebħet il-long jump tat-tfajliet b’5.04m.

Fil-finali tal-100m Under 14, Kaine Micallef ta’ Pembroke rebaħ f’12.86s, filwaqt li t-tellieqa tat-tfajliet intrebet minn Martina Mintoff ta’ Rush AC f’12.93 sekondi.

Fuq id-distanzi itwal, Jack Herrera Role ta’ Pembroke ddomina t-tellieqa tal-1000m, bl-atleta jirbaħ ukoll il-highjump u jispiċċa t-tieni fil-long jump u l-75m hurdles, fil-kategorija U14.

Fir-relays, iż-żgħażagħ ta’ Rush AC iddominaw it-tlielaq kollha tas-subien u t-tfajliet kemm fl-Under 16 u l-Under 14, quddiem Pembroke A.

222 atleta jikkompetu fil-Kampjonati Nazzjonali tal-Atletika taż-Żgħażagħ

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport