Wednesday, March 27, 2024

24 sena mill-mewt ta’ Lady Di

Aqra wkoll

Illum huwa l-24 anniversarju mill-mewt ta’ Diana, il-Prinċipessa ta’ Wales, li ħalliet din id-dinja fl-età ta’ 36 sena.

Kien proprju fil-31 ta’ Awwissu 1997 meta l-Prinċipessa Diana mietet traġikament f’inċident tat-traffiku f’Parigi.

Ix-xahar li għadda, ġewwa l-Palazz ta’ Kensington, ġiet installata statwa tagħha, liema statwa ġiet ikkummissjonata mid-Duka ta’ Cambridge u d-Duka ta’ Sussex. Din l-istatwa ġiet installata proprju fl-okkażjoni tas-sittin sena mit-twelid ta’ Diana.

Imlaqqma l-“Prinċipessa tal-Poplu”, Diana kienet magħrufa għad-devozzjoni tagħha lejn uliedha William u Harry u x-xogħol umanitarju li kienet twettaq, fost affarijiet oħra.

Ekonomija

Sport