Tuesday, April 30, 2024

26,929 peruni reġistrati bħala donaturi tal-organi

Aqra wkoll

L-għadd ta’ dontauri ta’ organi umani f’pajjiżna x’aktarx li qed jiżdied fejn aktar persuni qed jirreġistraw biex jagħtu organi wara mewthom u b’hekk ikunu qed isalvaw jew jagħmlu aħjar il-ħajja ta’ persuni oħra.

L-aħħar statistika tal-għadd ta’ persuni li sal-lum huma reġistrati bħala donaturi tal-organi laħħaq il-figura ta’ 26,929 donatur. Dan it-tagħrif ingħata fi tweġiba parlamentari li ta d-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne.

Fi tweġiba separata, din id-darba mill-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi ġie kkonfermat li l-Gvern huwa kommess li jintroduċi ‘aesthetics policy’ għall-ippjanar ta’ żvilupp urban.

Din il-policy kienet imwegħda fil-budget għall-2022 u kif ikkonfermat fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu 2022.

Sport