Saturday, December 28, 2024

27,000 LEĦEN MISMUGĦ U MEQJUS

IL-BANK OF VALLETTA JORGANIZZA AVVENIMENT GĦALL-KLIJENTI TIEGĦU B’AĊĊENN FUQ L-IMPENN TIEGĦU LEJN IL-KLIJENT

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta ospita avveniment marbut mal-Leħen tal-Klijent ġewwa l-Mużew tal-Avjazzjoni f’Ta’ Qali. L-avveniment ġabar flimkien diversi klijenti li pparteċipaw fl-istħarriġ li għamel il-Bank matul is-sena li għaddiet. Dan l-avveniment offra lill-klijenti pjattaforma biex jaqsmu l-esperjenzi u l-ideat tagħhom, filwaqt li għen lill-BOV jfassal il-ġejjieni tas-servizzi tiegħu.

Aktar minn 27,000 Leħen Mismugħ

Il-BOV jemmen bis-sħiħ li r-reazzjonijiet u l-kummenti ta’ kull klijent huma ta’ valur kbir. Matul is-sena li għaddiet, aktar minn 27,000 klijent qassmu l-ħsibijiet tagħhom permezz tal-Programm tal-Leħen tal-Klijent tal-Bank. It-tim inkarigat mill-programm iwettaq stħarriġ f’firxa wiesgħa ta’ mezzi ta’ kommunikazzjoni, fosthom fergħat, pjattaformi bankarji diġitali, ATMs, Ċentri ta’ Investiment, Ċentri tan-Negozju, u l-Corporate Centre. Il-kummenti miġbura jippermettu lill-Bank jifhem aħjar il-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-klijenti tiegħu.

“L-impenn tagħna bħala Bank huwa li npoġġu l-klijenti fil-qalba ta’ dak kollu li nagħmlu,” stqarr Theodoros Papadopoulos, Acting Chief Customer Experience Officer tal-Bank. “Dan l-avveniment kien opportunità għalina, mhux biss biex nisimgħu, iżda wkoll biex niċċelebraw l-għarfien siewi li jgħaddulna l-klijenti tagħna. Kull kumment li nirċievu jgħinna ntejbu, ninnovaw, u noħolqu esperjenza bankarja li tassew tissodisfa l-ħtiġijiet tal-klijenti tagħna.”

Inwettqu l-Kummenti li Nirċievu

Ir-reazzjonijiet tal-klijenti diġà wasslu għal bidliet pożittivi. Suġġerimenti dwar karatteristiċi ġodda ġew inkorporati fil-pjattaformi tal-Internet u Mobile Banking, u l-Bank iddisinnja mill-ġdid proċessi biex tittejjeb l-aċċessibilità taċ-ċentri u l-fergħat tal-Bank. Qed isir ukoll xogħol biex ikompli jittejjeb id-disinn tal-ATMs ħalli dawn ikunu dejjem aktar faċli biex persuna tużahom, waqt li jkun żgurat li jinsabu f’postijiet strateġiċi għal konvenjenza akbar tal-klijenti.

Nibnu Rabtiet u Sens ta’ Komunità

L-avveniment ma kienx biss dwar ir-reazzjonijiet tal-klijenti. L-għan tiegħu kien li jinħoloq sens qawwi ta’ komunità. Fil-fatt, il-parteċipanti kellhom iċ-ċans li jidħlu f’diskussjonijiet mat-tim tal-BOV, jitħaddtu ma’ klijenti oħra, u jaqsmu l-perspettivi tagħhom dwar il-prodotti u servizzi tal-Bank. Dawn id-diskussjonijiet enfasizzaw l-importanza tal-kollaborazzjoni u l-ftehim reċiproku fil-ħolqien ta’ esperjenza bankarja aħjar.

Ħarsa ’l Quddiem: Ir-Reazzjonijet tal-Klijenti jagħtu d-Direzzjoni ’l Quddiem

Il-BOV huwa impenjat li kontinwament itejjeb l-esperjenza tal-klijent. Il-fehmiet tal-klijenti se jkomplu jiggwidawh biex is-servizzi offruti jiġu rfinuti dejjem aktar, waqt li jiżviluppa soluzzjonijiet ġodda biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-klijenti, u jiżgura li l-esperjenza tagħhom tkun waħda ottimali.

Ekonomija

Sport