BRADLEY BARCOLA – Ir-rebbieħa taċ-Champions League f’dawn l-aħħar sentejn, Paris St-Germain, iridu £145 miljun għall-attakkant internazzjonali Franċiż, Bradley Barcola, 23 sena, b’Arsenal u Liverpool fost dawk interessati.
VINICIUS JR – Arsenal ma fetħux taħditiet dwar l-iffirmar tal-attakkant Brażiljan, Vinicius Jr, 26 sena, iżda Real Madrid iffissaw prezz ta’ €160 miljun (£137 miljun) biex ibigħu lill-player dan is-sajf. Arsenal ikunu lesti li joffru lil Vinicius l-akbar kuntratt fl-istorja tal-club, iżda l-prijorità ta’ Vinicius hija li jiffirma kuntratt ġdid ma’ Real Madrid meta għandu sena oħra fuq il-kuntratt tiegħu.
BRUNO GUIMARAES – Arsenal jinsabu lesti li jaċċelleraw it-taħditiet biex jiksbu l-midfielder Brażiljan ta’ Newcastle, Bruno Guimaraes, 28 sena, minkejja li l-Magpies qalu li ma jridux ibiegħuh dan is-sajf. Sadanittant, Guimaraes qal lir-rappreżentanti tiegħu li jrid li l-futur tiegħu jkun solvut fil-ġimgħa d-dieħla, qabel ma jirrapporta lura għall-kamp tat-taħriġ ta’ qabel l-istaġun ta’ Newcastle.
SAVINHO – Tottenham huma l-favoriti li jiffirmaw lill-winger Brażiljan, Savinho, 22 sena, mingħand Manchester City.
YAN DIOMANDE – Real Madrid qablu dwar it-termini personali mal-winger mill-Ivory Coast ta’ RB Leipzig, Yan Diomande, 19-il sena.
ILIMAN NDIAYE – Al-Hilal fetħu taħditiet biex jingaġġaw lill-winger Senegaliż, Iliman Ndiaye, 26 sena, mingħand Everton.
PEDRO NETO – Chelsea se jitolbu ħlas sinifikanti għall-winger internazzjonali Portugiż, Pedro Neto, 26 sena, fost interess minn Liverpool, Manchester City u clubs mill-Arabja Sawdija.
MOHAMED SALAH – Besiktas qed jistennew deċiżjoni mill-attakkant Eġaizzjan, Mohamed Salah, 34 sena, wara li ssottomettew l-offerta finali tagħhom. Huwa aġent ħieles wara li ħalla lil Liverpool fl-aħħar ta’ Ġunju.
JUNIOR KROUPI – Bournemouth mhumiex qed ifittxu li jbigħu lill-attakkant Franċiż, Junior Kroupi, 20 sena, minkejja l-interess li qed juru fih Barcelona.
FRANCO MASRANTUONO – Fulham huma l-għażla ewlenija tal-midfielder Arġentin, Franco Mastantuono, 18-il sena, jekk Real Madrid jibagħtuh b’self fl-istaġun li ġej.
JOSHUA ZIRKZEE – Juventus qed jaħdmu fuq ftehim biex jiffirmaw lill-attakkant internazzjonali Olandiż, Joshua Zirkzee, 25 sena, mingħand Manchester United. Huwa qatt ma rnexxielu jikseb post regolari f’Old Trafford.
JOAO PALHINHA – Il-midfielder Portugiż, Joao Palhinha, 31 sena, irid jiġġieled għal postu ma’ Bayern Munich iżda ċ-champions tal-Bundesliga qed ifittxu li jbigħuh.
KERIM ALAJBEGOVIC – Chelsea huma favoriti biex jiffirmaw lill-midfielder tal-Bosnja, Kerim Alajbegovic, 18-il sena, mingħand Bayer Leverkusen, bil-Blues jinsabu wkoll f’taħditiet ma’ Crystal Palace biex ibiegħu lid-difensur ċentrali Franċiż, Axel Disasi, 28 sena.
PREMIER SPORTS CUP FL-ISKOZJA – Meta lbieraħ ġew imtellgħin il-poloz tal-Aħħar 16 tal-Premier Sports Cup, ir-rebbieħa preżenti St Mirren ġew imtellgħin kontra Rangers barra minn darhom waqt li hemm żewġ logħbiet bejn timijiet mill-Premiership biċ-champions Celtic imorru għand Dundee United u Aberdeen jilqgħu lil Dundee. Il-poloz kollha huma: Aberdeen v Dundee; Dundee U. v Celtic; Dunfermline v Ross C.; Hearts v Inverness CT; Hibernian v Partick; Kilmarnock v Ayr U.; Rangers v St Mirren; Stenhousemuir v Motherwell.




