TIJJANI REIJNDERS – Il-midfielder ta’ Manchester City, Tijjani Reijnders, 28 sena, mistenni jingħaqad ma’ Al-Qadsiah tas-Sawdi Pro League għas-somma ta’ £52 miljun wara li l-internazzjonali Olandiż kienu xtrawh £46.5 miljuni mingħand Milan fis-sajf tas-sena l-oħra.
RODRI – Min-naħa l-oħra, Manchester City irrifjutaw offerta ta’ £55 miljun mingħand Barcelona għall- midfielder Spanjol, Rodri, 30 sena, bil-club tal-Premier League jrid aktar minn £60 miljun hekk kif it-taħditiet bejn iż-żewġ clubs ikomplu għaddejjin.
DJED SPENCE – Id-difensur tal-Ingilterra u Tottenham, Djed Spence, 26 sena, kellu jsirlu l-eżami mediku fl-Italja lbieraħ qabel ma jlesti trasferiment għal Inter li jiswa €30 miljun, flimkien ma’ €5 miljun f’żidiet oħra.
MARC PUBILL – Arsenal marru għal trasferiment għad-difensur Spanjol, Marc Pubill, 23 sena, iżda Atletico Madrid qalulhom li l-player mhux għall-bejgħ.
LUCAS GOURNA-DOUATH u TIM IROEGBUNAM – Hull City huma lesti li jissiġillaw l-iffirmar tal-midfielder Franċiż, Lucas Gourna-Douath, 23 sena, mingħand Red Bull Salzburg għal €4 miljun, bit-Tigers ressqu offerta wkoll ta’ aktar minn £15-il miljun għall-midfielder Ingliż ta’ Everton, Tim Iroegbunam, 23 sena.
DERRY SCHERHANT – Ipswich Town huma determinati li jiffirmaw lill-attakkant Ġermaniż, Derry Scherhant, 23 sena, mingħand Freiburg dan is-sajf.
EXEQUIEL PALACIOS – Bayer Leverkusen irrifjutaw offerta ta’ €20 miljun mingħand Ipswich għall-midfielder Arġentin, Exequiel Palacios, 27 sena.
LORENZO LUCCA – Napoli jridu jiddeċiedu dwar il-futur tal-attakkant Taljan, Lorenzo Lucca, 25 sena, qabel ma jiftħu taħditiet ma’ Arsenal dwar l-iffirmar tal-attakkant Brażiljan, Gabriel Jesus, 29 sena.
FIKAYO TOMORI u CHRISTOPHER NKUNKU – Il-coach ta’ Milan, Ruben Amorim, qal lil tmien plejers – inklużi d-difensur Ingliż, Fikayo Tomori, 28 sena, u l-attakkant Franċiż, Christopher Nkunku, 28 sena wkoll – li huma żejda għar-rekwiżiti tal-club Taljan.
EVAN FERGUSON – Il-club Taljan, Genoa, jinsab interessat li jiffirmaw lill-attakkant tal-Irlanda, Evan Ferguson, 21 sena, b’self mingħand Brighton.
ARNE ENGELS – West Ham huma kunfidenti li jaqblu ma’ Celtic biex jiffirmaw lill-midfielder Belġjan, Arne Engels, 22 sena.
JAMIE VARDY – L-attakkant Jamie Vardy, 39 sena, jista’ jagħmel ritorn sensazzjonali fil-football Ingliż hekk kif il-club taċ-Championship, West Ham, qed jikkunsidra trasferiment għall-eks attakkant ta’ Leicester City u l-Ingilterra, li huwa aġent ħieles wara li ntemm il-kuntratt tiegħu ma’ dak Taljan, Cremonese.
JOE WILLOCK – Il-midfielder ta’ Newcastle, Joe Willock, 26 sena, huwa miftuħ biex jingħaqad ma’ Besiktas fit-Turkija, bi ftehim ta’ €20 miljun huwa possibbilment biżżejjed biex jiżgura t-trasferiment.
CARLOS BALEBA – Il-midfielder ta’ Brighton u l-Kamerun, Carlos Baleba, 22 sena, huwa mira għal Newcastle hekk kif qed ifittxu li jimlew post il-Brażiljan, Bruno Guimaraes, 28 sena, u t-Taljan, Sandro Tonali, 26 sena.
JIMMY RIMMER –Tħabbret il-mewt tal-eks goalkeeper Jimmy Rimmer fl-etá ta’ 78 sena li kien jilgħab ma’ Manchester United, Arsenal u Aston Villa. Mal-United rebaħ it-Tazza tal-Ewropa fl-1968 u mal-Villa fl-1982.




