Wednesday, July 24, 2024

29 sena mit-traġedja tal-Um El Faroud

Aqra wkoll

Għaddew 29 sena mit-traġedja tal-Um El Faroud li fiha tilfu ħajjithom disa’ ħaddiema tat-Tarzna.

Kien fit-3 ta’ Frar 1995 li t-tanker Libjan li kien iġorr fjuwil bejn il-pajjiż u l-Italja sploda waqt li sorġut fil-Baċir Numru 3 għat-tiswijiet.

Sebgħa mill-ħaddiema mietu mill-ewwel. Dawn kienu George Aquilina ta’ 24 sena minn Ħal Qormi, Charles Callus ta’ 46 sena mill-Belt, Mario Hales ta’ 39 sena mill-Imqabba, Simon Mifsud ta’ 26 sena mill-Birgu, Simon Pisani ta’ 22 sena mill-Imsida, Angelo Sciberras ta’ 51 sena minn Ħaż-Żabbar u Anthony Vassallo ta’ 29 sena minn Ħad-Dingli.

Paul Seguna ta’ 37 sena minn Ħaż-Żebbuġ u George Xuereb ta’ 58 sena minn Ħal Qormi mietu ftit tal-jiem wara fl-Isptar San Luqa.

Fl-1998 il-bastiment ġie mgħarraq fl-inħawi ta’ Wied il-Qrendi u jservi bħala attrazzjoni għal diversi għaddasa.

Ekonomija

Sport