Friday, July 26, 2024

Imut Carmel Attard “Mazzola” edukatur u referee

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt ta’ Carmel Attard jew kif inhu magħruf aħjar mal-Għawdxin “Mazzola”. Hu miet fl-età ta’ 78 sena.

Attard minbarra li kien referee magħruf fil-fotbol f’Għawdex kien ukoll wieħed mill-aqwa edukaturi fl-iskejjel. Hu mexxa l-iskola Ninu Cremona għal diversi snin fejn dejjem ra l-interess tal-istudenti u żamm kuntatt dirett kemm magħhom kif ukoll mal-għalliema.

Carmel kien attiv sew fix-Xagħra Scout Group kif ukoll f’diversi għaqdiet oħrajn fl-istess lokalità. Għal xi żmien kien ukoll bandist mal-Banda Soċjetà Filarmonika Victory.

Attard se jkun qiegħed jingħata l-aħħar tislima nhar it-Tnejn fil-Bażilika ta’ Marija Bambina fix-Xagħra b’quddiesa funebri li tibda fl-4.00pm.

Ekonomija

Sport