Tuesday, December 24, 2024

360 siegħa xogħol fil-komunità għal raġel li ffalsifika 43 ċekk

Aqra wkoll

Ivan Grixti, ta’ 56 sena u residenti l-Belt, ġie ordnat iwettaq 360 siegħa xogħol fil-komunità b’rabta ma’ ffalsifikar ta’ ċekkijiet.

Kienet martu stess li għamlitlu rapport l-għassa wara li ripetutament iffalsifika għadd ta’ ċekkijiet. Fix-xhieda tagħha, il-mara qalet li huwa kien qed jiffirma ċ-ċekkijiet f’isimha u li kien irnexxielu jiffalsifika 43 ċekk.

L-imputat għażel li ma jwiġibx għall-mistoqsijiet li sarulu.

Meta ġiet għall-għoti tas-sentenza, il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Kevan Azzopardi, ikkunsidrat il-fatt li l-imputat għandu kondotta nadifa kif ukoll li martu ma xtaqitux jispiċċa l-ħabs. Flimkien mas-sigħat ta’ xogħol fil-komunità, huwa ġie ordnat iħallas multa ta’ €4,500.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Daryl Borg.

Ekonomija

Sport