Thursday, April 18, 2024

4.9 miljun persuna bla ikel fil-Haiti “u d-dinja tibqa’ ċċassata”

Aqra wkoll

Jean-Martin Bauer, id-Direttur tal-Programm Dinji tal-Ikel qal li “l-Haiti ma jistax jistenna aktar… id-dinja ma tistax tibqa’ ċċassata u ma tagħmel xejn. Hemm problema kbira ta’ ikel u bħal donnu d-dinja qed tistenna l-eluf imutu qabel tieħu azzjoni.”

Nofs il-popolazzjoni tal-pajjiż li jfisser 4.9 miljun persuna qegħdin ibatu biex ikollhom ikla tajba kuljum. Mill-2016 sal-lum in-numru tripla u ħadd ma hu qiegħed jagħmel xejn biex isolvi din il-problema.

“Tmien persuni minn kull għaxra fil-Haiti bħalissa qegħdin jonfqu ħafna inqas flus fl-ikel minħabba l-inflazzjoni fenominali li kien hemm fil-prezzijiet,” qal uffiċjal tal-Bank Dinji. Dan qed iwassal biex miljuni ta’ persuni mhux qiegħed ikollhom flus biex jixtru l-ikel.

Ir-raħħala kellhom inaqqsu l-produzzjoni minħabba żieda qawwija fil-prezzijiet biex ikabbru l-ħxejjex tagħhom kif ukoll li l-klijenti naqsu ħafna. Dan qed iwassal għal vjolenza kbira f’żoni rurali hekk kif gruppi armati qegħdin jieħdu kontroll ta’ diversi għelieqi fiż-żona biex ikollhom x’jieklu huma u l-familja.

Dan l-impatt qed iwassal biex is-saħħa tat-tfal tinsab f’emerġenza. “M’għandhom l-ebda ikel tajjeb x’jieklu u qegħdin jispiċċaw jimidru. Is-sitwazzjoni hija waħda allarmaneti ħafna. Hu stmat li aktar minn miljun tifel u tifla nħarġu mill-iskola biex imorru jaħdmu fl-għelieqi biex jgħinu lill-familja tagħhom ikollhom flus biżejjed biex jgħixu,” sostna Jean-Martin Bauer.

Ekonomija

Sport