Wednesday, April 24, 2024

4,500 passiġġier marru Sqallija bil-Virtu Ferries fi żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena

Aqra wkoll

L-ammont ta’ turisti Maltin li marru Sqallija fl-aħħar ġimgħat ġibdu l-attenzjoni tal-midja ta’ dan il-pajjiż. Dan hekk kif kien irrappurtat li ‘l fuq minn 2,000 passiġġier niżlu f’Pozzallo permezz taż-żewġ katamarani tal-Virtu Ferries, M/V Saint John Paul II u M/V Jean de la Valette, fi tmiem il-ġimgħa tal-Black Friday. 

Dan filwaqt li kien hemm 4,500 passiġġier u 1,300 vettura li waslu Pozzallo fil-perjodu tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Jidher li r-raġuni ewlenija taż-żjara tagħhom fi Sqallija kienet biex iqattgħu ftit jiem ta’ mistrieħ, bix-xiri b’mod partikolari fi żmien il-Milied ukoll jilgħab parti importanti f’dawn l-istess żjajjar. 

Ġie mfaħħar ukoll il-programm ta’ tilqim ta’ pajjiżna kontra l-Covid-19, bil-gazzetti jinnotaw kif il-passiġġieri li waslu bil-Virtu Ferries irid ikollhom iċ-ċertifikat tal-vaċċin u PCR test negattiv. 

Sport