Wednesday, October 9, 2024

568 rapport dwar vjolenza minn ulied fuq il-ġenituri tagħhom fl-aħħar tliet snin

Aqra wkoll

Il-każi ta’ vjolenza domestika f’pajjiżna jidher li qed jieħdu forom diversi. Fejn sa ftit ilu kienu jinstemgħu biss każi ta’ vjolenza domestika bejn l-adulti, ix-xenarju llum juri mod ieħor tant li r-rapporti juru li hemm ġenituri li sfaw abbużati minn uliedhom stess.

Statistika li ħarġet minn informazzjoni li ta fil-Parlament il-Ministru għall-Intern, is-Sigurta, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri turi li fl-aħħar tliet snin, sa Diċembru 2023 il-Pulizija rċeviet 568 rapport li jinvolvu 630 persuni li huma ġenituri li sfaw vittmi ta’ vjolenza domestika minn uliedhom.

Minn dawn, 225 kienu missirijiet u 405 kienu ommijiet. Fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-ġenituri abbużati kellhom 60 sena jew aktar. 

Fejn irriżulta li kien hemm evidenza ta’ reat f’dawn il-każi kollha, ittieħdu pass krminali fil-Qorti kontra l-allegat agressuri tant li f’dawn l-aħħar tliet snin ttieħdet azzjoni kontra l-persuni involuti f’461 każ. 

Sport