Wednesday, July 24, 2024

Jinġieb fil-Qorti taħt sigurtà stretta r-raġel li ħebb għal Imħallef

Aqra wkoll

Deobra Delone Redden ta’ 30 sena u li aktar kmieni l-ġimgħa l-oħra ħebb għal Imħallef u qabeż fuqha waqt li kienet qed tagħtih sentenza, irritorna l-Qorti ta’ Las Vegas biex jingħata s-sentenza għal dan l-att. 

Kawża ta’ dan l-attakk, l-Imħallef Mary Kay Holthus waqgħet minn fuq is-siġġu u sofriet xi ġrieħi.  Fis-seduta li fiha sar l-attakk fuq l-Imħallef damet biss ftit minuti. Dak il-ħin l-Imħallef Holthus kienet ikkundannat lil Redden għal bejn 19 u 48 xahar ħabs, flimkien ma’ diversi multi. 

Wara dan l-attakk, l-akkużat Redden inżamm arrestat. Fil-Qorti, huwa tressaq b’diversi ilbies ta’ sigurta’, fosthom b’barnuża li għattietlu anke ħalqu, b’katina ma’ qaddu u b’ingwanti oranġjo. 

Huwa mistenni jidher quddiem l-Qorti quddiem imħallef differenti sabiex jiffaċċja akkużi b’rabta mal-attakk fuq l-Imħallef Holthus. 

Ekonomija

Sport