Saturday, May 4, 2024

572 każ ġdid ta’ Covid-19… Tmut anzjana ta’ 69 sena

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 5,766.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 572 każ ġdid filwaqt li 94 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. 

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 80, b’ħamsa minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet żdied għal 475 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa mietet anzjana ta’ 69 sena waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 1,031,293 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 188,041 li huma dożi tal-booster.

Sport