Sunday, December 5, 2021

63 każ ġdid ta’ Covid-19 u jfiqu 25 oħra

Aqra wkoll

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li fl-aħħar 24 siegħa feġġew 63 każ ġdid ta’ Covid-19. Dan huwa l-akbar ammont ta’ każijiet ġodda minn Settembru.

Fl-istess waqt kien hemm 25 oħra li fiequ mill-virus. Dan ifisser li t-total ta’ każi attivi issa huma 473. 

L-ammont ta’ mwiet baqa’ ta’ 462 wara li fl-aħħar 24 siegħa ma kien hemm l-ebda mewt relatata mal-Covid-19.

Bħalissa hemm 16-il pazjent rikoverati l-Isptar minħabba l-Covid-19 li minnhom tlieta li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sal-Erbgħa filgħaxija kienu ngħataw 898,248 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 67,364 kienu dożi tal-booster.

Sport