Friday, April 19, 2024

Aston Villa jaħtru lil Steve Gerrard bħala l-coach il-ġdid

Aqra wkoll

Steven Gerrard inħatar bħala l-manager il-ġdid ta’ Aston Villa b’kuntratt ta’ sentejn u nofs.

Villa ffinalizzaw ftehim mal-club ta’ Glasgow Rangers fejn kellhom ukoll iħallsu kumpens ta’ £3.25 miljun hekk Gerrard ħa miegħu wkoll l-istaff tiegħu li jinkludi lill-assistent Gary McAllister.

Gerrard, ta’ 41 sena, ilu jmexxi lil Rangers minn Ġunju 2018 u mexxa lill-club għat-titlu tal-Premiership Skoċċiż l-istaġun li għadda, li temm ir-renju ta’ disa’ snin ta’ Celtic bħala champions.

Villa mxew malajr biex jaħtru manager ġdid wara li keċċew lil Dean Smith nhar il-Ħadd, wara sensiela ta’ ħames telfiet suċċessivi fil-Premier League

Sport