Thursday, March 28, 2024

64 każ ġdid ta’ Covid-19 u jfiqu 30 oħra

Aqra wkoll

Il-każi attivi ta’ Covid-19 f’pajjiżna issa huma 670 hekk kif fl-aħħar 24 siegħa feġġew 64 każ ġdid u kien hemm 30 oħra li ġew dikjarati bħala li fiequ mill-virus. 

L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li bħalissa hemm 15-il pazjent li qed jingħataw il-kura fl-Isptar Mater Dei minħabba l-Covid-19, bi tlieta minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

It-total ta’ mwiet baqa’ dak ta’ 462 wara li bejn it-Tlieta u l-Erbgħa ma ġiet irreġistrata l-ebda mewt relatata mal-Covid-19.

Sat-Tlieta filgħaxija kienu ngħataw 914,967 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 82,116 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport