Friday, April 19, 2024

673 każ ġdid ta’ Covid u jfiqu 1,179; imutu erba’ persuni

Aqra wkoll

Fl-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-każi attivi bħalissa huma ta’ 13,104.

Dan hekk kif mit-testijiet li saru matul l-aħħar 24 siegħa feġġew 673 każ ġdid filwaqt li 1,179 oħra ġew dikjarati bħala mfejqa mill-virus. 

Fl-istess waqt l-ammont ta’ pazjenti li bħalissa jinsabu l-Isptar Mater Dei għall-kura minħabba l-Covid-19 huma 116, b’disa’ minnhom li jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

L-ammont ta’ mwiet issa huwa ta’ 496 wara li fl-aħħar 24 siegħa mietu erba’ persuni  – tliet irġiel ta’ 77 sena, 87 sena u 88 rispettivament u mara ta’ 86 sena waqt li kienu pożittivi bil-virus.

Il-programm ta’ vaċċinazzjoni baqa’ għaddej b’mod tajjeb hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa qalu li sal-bieraħ b’kollox ingħataw 1,146,466 doża tal-vaċċin. Minn dawn hemm 288,561 li huma dożi tal-booster.

Sport