Wednesday, March 27, 2024

L-adozzjonijiet minn barra huma 33 darba akbar minn dawk lokali

Aqra wkoll

F’perjodu ta’ sitt snin bejn 2015 u l-2020 kien hemm 16-il adozzjoni lokali minn familji Maltin. Dan jikkontrasta sew mal-għadd ta’ koppji jew individwi li fl-istess snin kienu qed jistennew li jadottaw tfal minn barra minn Malta li l-ammont tagħhom laħħaq 531.

Dawn il-figuri dwar l-adozzjonijiet ħarġu minn tagħrif fil-Parlament li ta l-Ministru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, Dr Michael Falzon.

Minn dawn il-figuri tidher ċar il-prevalenza u l-indikazzjoni ta’ Maltin li jixtiequ u jridu jadottaw tfal barranin li tiżboq sew l-għadd ta’ Maltin li adottaw lokalment. Dan jista’ jkun dovut għal fatt li ma tantx hawn tfal Maltin għall-adozzjoni lokali filwaqt li adozzjoni ta’ tfal minn barra minn Malta hija inqas komplikata.

Ekonomija

Sport